31/07/2026
🇬🇧 The Hindu Association of Malta 🇮🇳 is dedicated to preserving and promoting Hindu culture, traditions, and values within the Indian community in Malta. Through cultural, religious, and community initiatives, the association creates opportunities for people to connect, celebrate, and share their heritage while fostering greater cultural understanding within Maltese society.
At this year's Malta International Food Festival, visitors can enjoy classical fusion dance performances, live music by the Olive Band, displays of traditional Indian products including saris, and fun games for children. Join them in celebrating the richness, diversity, and vibrant traditions of Indian culture.
✨ Join us at the Granaries, Floriana, on the 8th of August from 6pm–11pm and explore the rich cultures, traditions, and flavours showcased in the Intercultural Area. We hope to see you there for an evening of cultural exchange, community spirit, and celebration.
The Intercultural Area is organised by the Human Rights Directorate's Integration and Anti-Racism Unit in collaboration with the Malta International Food Festival. The event is co-funded by the Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) under the Supporting Pre-Integration Governance (SPRING) project.
🇲🇹 Il-Hindu Association of Malta 🇮🇳 hija ddedikata biex tippreserva u tippromwovi l-kultura, it-tradizzjonijiet u l-valuri Ħindu fi ħdan il-komunità Indjana f’Malta. Permezz ta’ inizjattivi kulturali, reliġjużi u komunitarji, l-assoċjazzjoni toħloq opportunitajiet biex in-nies jiltaqgħu, jiċċelebraw u jaqsmu l-wirt kulturali tagħhom, filwaqt li tħeġġeġ aktar għarfien u fehim kulturali fis-soċjetà Maltija.
Fil-Malta International Food Festival ta’ din is-sena, il-viżitaturi jistgħu jgawdu wirjiet ta’ żfin klassiku b’elementi moderni, mużika live mill-Olive Band, wirjiet ta’ prodotti tradizzjonali Indjani fosthom is-saris, kif ukoll logħob divertenti għat-tfal. Ingħaqdu magħhom biex tiċċelebraw l-għana, id-diversità u t-tradizzjonijiet vibranti tal-kultura Indjana.
✨ Ingħaqdu magħna fil-Granaries, il-Furjana, fit-8 ta’ Awwissu bejn is-6pm u l-11pm, u skopru l-kulturi, it-tradizzjonijiet u t-togħmiet diversi li se jkunu esebiti fiż-Żona Interkulturali. Nittamaw li narawkom hemm għal lejla ta’ skambju kulturali, spirtu komunitarju u ċelebrazzjoni.
Iż-Żona Interkulturali hija organizzata mit- taqsima għall-Integrazzjoni u Kontra r-Razziżmu fi ħdan id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, f’kollaborazzjoni mal-Malta International Food Festival. Dan l-avveniment huwa kofinanzjat mill-Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) permezz tal-proġett Supporting Pre-Integration Governance (SPRING).