L-Għanja Tal-Poplu

L-Għanja Tal-Poplu Web www.ghanjatalpoplu.org
L-Għanja tal-Poplu 1973-2026
( Il-50 Edizzjoni)
Is-Sibt 1 ta' Awwissu 2026 The first edition took place in Valletta in 1973.

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija

L-Għanja tal-Poplu is a festival of original songs in Maltese. The festival is currently in its 46th Edition. The voluntary organisation L-Għanja tal-Poplu resides at 227, Triq il-Merkanti Valletta, Malta. At present L-Għanja tal-Poplu is organised in collaboration with Pjazza Teatru Rjal and is supported by Arts Council Malta - Investment in C

ultural Organisations ico Valletta Foundation

L-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu ra l-bidu tiegħu fl-1973 bħala festival ta' kanzunetti folk organizzat mill-Youth Travel Circle fil-Belt Valletta; klabb li kien jilqa’ fih membri minn madwar Malta kollha. Il-festival kien mezz biex iħajjar awturi u kompożituri joħolqu u jinterpretaw kanzunetti bil-Malti u jinterpretawhom fil-publiku. L-għażla tal-kanzunetti finalisti kienet issir billi l-parteċipanti jinterpretaw il-kanzunetta tagħhom bil-vuċi u bil-kitarra quddiem ġurija. Anke waqt il-festival, il-kanzunetti kienu jkunu akkumpanjati live mill-parteċipanti stess. Fost il-parteċipanti tal-ewwel edizzjonijiet tal-festival insibu lil Manwel Mifsud, Joe Friggieri, George Cassola, Walter Micallef, Sammy Bartolo, Merga, Evarist Bartolo u oħrajn. L-għan tal-festival dejjem kien li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti, iktar mill-kompetizzjoni. Il-premju lill-awturi tal-kanzunetta rebbieħa kienet tazza tal-fidda. Fl-1987, il-festival beda’ jittella' fuq bażi nazzjonali u giet introdotta l-orkestra. Fil-bidu tas-snin disgħin fil-festival bdiet tintuża il-mużika rrekordjata fl-istudios. Barra premju għall-ewwel post bdew jingħataw premjijiet għall-kanzunetti klassifikati fit-tieni u t-tielet post u premjijiet speċjali għall-aħjar interpretazzjoni u l-aħjar tema soċjali. F’dawn is-snin waqt il-festival beda jingħata wkoll ir-rikonoxximent imsejjaħ L-Għanja li Tibqa’ lill- personalitajiet li jkunu taw kontribut fit-tul lill-kanzunetta Maltija. Fost il-kanzunetti li spikkaw fis-snin disgħin kien hemm Pajjiż tal-Miki Maws (John Bundy - Martin Attard), It-Teatru (Enzo Gusman), Allerġija għall-Bnedmin (Mark Tonna - Rene' Mamo), Kemm Jien Beżżul (Philip Vella - Joe M. Farrugia), It-Tfal ta’llum (Eleonor Cassar u Glen Vella - Paul Ellul, Chan Vella) u Tisimgħu Tissaħħar (Frans Baldacchino l-Budaj u Priscilla Psaila). Fl-aħħar snin spikkaw il-kanzunetti L-Uffiċju (Brikkuni), Malta Tiegħi (Kultural), Tal-Aħħar ( Corazon Mizzi, Walter Micallef) u l-kanzunetta Jien ma Naħdimx (Karen Debattista - Rita Pace, Mark Scicluna). Kien f’dawn l-istess snin li giet iffurmata l-organizzazzjoni L-Għanja tal-Poplu li permezz tal-ħidma kontinwa tagħha baqa’ jtella’ dan il-festival sena wara l-oħra filwaqt li jippromwovi l-kanzunetta Maltija. Il-festival issa wasal fl-44 edizzjoni tiegħu, u minkejja' li għadda iż-żmien xorta’ għadu jattira artisti żgħażagħ kif wkoll artisti ta' esperjenza. Intant diversi artisti ppublikaw albums ta’ kanzunetti bil-kanzunetti li ħadu sehem bihom fl-Għanja tal-Poplu. F’dawn l-aħħar snin, bis-sapport tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu setgħet torganizza dan il-festival b’mod iktar professjonali u hekk itejjeb il-kwalita’ tal-kanzunetta Maltija. Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu matul is-sena jaħdem fil-qrib mal-kompożituri u l-awturi, kif ukoll maż-żgħażagħ, u jinkoraġġihom jiktbu kanzunetti bil-Malti ta’ kwalita’. Hekk din il-għaqda żammet ħajja u sostniet lill-kanzunetta Maltija matul is-snin u llum L-Għanja tal-Poplu għandu legat ta ‘l fuq minn 44 sena. Għalkemm inbidlu ż-żminijiet, il-festival L-Għanja tal-Poplu għadu relevanti u jkun mistenni minn sena għall-oħra kemm mill-awturi, kompożituri u kantanti tal-kanzunetta Maltija, kif wkoll mill-publiku Malti li jattendi għall-festival jew isegwih fuq it-TV u l-media socjali.

03-Oct-2019

16/06/2026

Silvan Mula intervistat fuq TVAM
F'L-Għanja tal-Poplu 2026 Silvan se jkanta il-kanzunetta 'Għix' (🖋️Etienne Micallef 🎶Dominic Cini)

15/06/2026

Justine Bezzina intervistata fuq TVAM.
F'L-Għanja tal-Poplu 2026 Justine se tkanta il-kanzunetta 'Ħielsa'
🖋️Emil Calleja Bayliss 🎶Mark Scicluna u Cyprian Cassar

14/06/2026

Josephine Marie Grima 🎤 intervistata fuq TVAM.
F'L-Għanja tal-Poplu 2026 se tkanta l-kanzunetta 'Vuċi ' 🖋️Emil Calleja Bayliss, 🎶Gillian Attard

10/06/2026

Danica Muscat intervistata fuq TVAM.
F'L-Għanja tal-Poplu 2026 se tkanta il- kanzunetta Ġakketta Roża
(🖋️Emil Calleja Bayliss, 🎶Gillian Attard)

08/06/2026

Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon intervistati fuq TVAM.
F'L-Għanja tal-Poplu se jkantaw Kukkudrilli
(🖋️Kapitlu Tlettax/ Emil Calleja Bayliss, 🎶Kapitlu Tlettax)

'Għad hemm lok għall-kanzunetti umoristiċi' – Tony Micallef https://newsbook.com.mt/ghad-hemm-lok-ghall-kanzunetti-umori...
06/06/2026

'Għad hemm lok għall-kanzunetti umoristiċi' – Tony Micallef https://newsbook.com.mt/ghad-hemm-lok-ghall-kanzunetti-umoristici-tony-micallef/ Illum is-Sibt fuq RTK 103 FM 12:30

Waqt it-tielet programm mis-sensiela ddedikata għall-50 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu, li se jixxandar fuq RTK103 is-Sibt fit-12.30pm, jerġa’ jieħu sehem Tony Micallef, li se jitkellem dwar diversi aspetti tal-festival, fosthom il-Premju Enzo Gusman.

Tony jirrakkonta wkoll dwar ir-relazzjoni li Enzo Gusman kellu ma’ dan il-festival u l-kontribut tiegħu matul is-snin.

Tony jirrakkonta wkoll ir-relazzjoni ta' Enzo ma' dan il-festival.

05/06/2026

Walter Micallef intervistat fuq TVAM
Walter Micallef se jkun qed jieħu sehem fil-50 edizzjoni ta' L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Terfagħni kliem u mużika ta' Jes Psaila.

“Dak iż-żmien diġà kien twaqqaf il-YTC,” irrakkonta Tony Micallef waqt it-tieni programm iddedikat għall-50 edizzjoni ta...
29/05/2026

“Dak iż-żmien diġà kien twaqqaf il-YTC,” irrakkonta Tony Micallef waqt it-tieni programm iddedikat għall-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu, li qed jixxandar fuq RTK103.

Isma' silta mill-intervista mis-sit https://newsbook.com.mt/jien-ma-nahdimx-qajmet-dibattitu-madwar-il-pajjiz-kollu-tony-micallef

Tony Micallef tkellem dwar kif Fr Maurice Mifsud kien saċerdot impenjat f’ħafna oqsma soċjali, fosthom dawk relatati maż-żgħażagħ.

“Meta twaqqaf il-YTC, inħass il-bżonn li jkun hemm aktar kanzunetti bil-Malti, għax meta kienu jsiefru, iż-żgħażagħ kienu dejjem ikantaw l-istess kanzunetti. B’hekk, bl-għajnuna ta’ Manwel Mifsud, ħu Dun Maurice, il-Prof. Joe Friggieri, George Cassola, Sammy Bartolo, Charlie Dalli, Evarist Bartolo u Walter Micallef, fost oħrajn, bdew jorganizzaw festival bejn il-ħbieb bid-daqq tal-kitarra,” irrakkonta Tony Micallef.

Il-programm L-Għanja tal-Poplu: Il-50 Edizzjoni jixxandar fuq RTK103 kull nhar ta’ Sibt fit-12.30pm, b’repetizzjoni l-Ġimgħa fit-8pm. Is-Sibt 30 ta’ Mejju, il-programm mhux se jixxandar u jkompli bit-tielet programm is-Sibt 6 ta’ Ġunju.

15/05/2026

📀 Il-kanzunetti finalisti fl-ordni li se jitkantaw waqt is-serata finali

01. Kukkudrilli – Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon
02. Ġakketta Roża – Danica Muscat
03. Mazza – Nicole Hammett
04. Terfagħni – Walter Micallef
05. Lilek – Mark Spiteri Lucas
06. Il-Mimmi t’Għajnejja – Francesca Sciberras
07. Għada Nafu Lilek – David Joseph Sammut
08. Mara – Cherylis
09. Ħielsa – Justine Bezzina
10. Grazzi Għalik – Ishmael Grech
11. Pupi – Maria Mallia
12. Requiem Stradalis – Lon Kirkop u Mark Cachia
13. Għix – Silvan Mula
14. Kristelejs – Kelsey Carabott
15. Ħallejna – Mark Tonna u Leontine
16. Vuċi – Josephine Marie Grima

Il-polza ittellgħet ġewwa l-RTK fil-preżenza tal-parteċipanti finalisti.

Address

Valletta

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when L-Għanja Tal-Poplu posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Establishment

Send a message to L-Għanja Tal-Poplu:

Share

Category