13/08/2015
Il-qari tal-iscript 'Dak Li Int Tqis Ħrafa' - l-aħħar fażi tal-proġett fi ħdan il- Premju tal-President għall-Kreattivita' lil Stephanie Bonnici. Dan seħħ nhar il-Ħamis 16 ta' Lulju 2015 fil-Ġonna Privati tal-Palazz ta' San Anton fil-preżenza tal-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca nnifisha.
Il-lejla bdiet bil-qari tal-iscript minn grupp ta' atturi stabbiliti u oħrajn żgħar, imbagħad sezzjoni ta' rispons lill-kittieba minn dawk preżenti, u festin żgħir fl-aħħar.