15/06/2026
GRAZZI MIL-QALB! ❤️
It-tielet edizzjoni tas-serata mużikali AGĦMILLU PINTA kienet suċċess ieħor ġewwa Kerċem! 🎉🎶
Grazzi lil kull min attenda u ħa sehem f’dan il-lejl mimli mużika, birra u atmosfera mill-isbaħ.
Grazzi speċjali lit-talent lokali Josephine-Marie Grima u Emma, lil Kurt Calleja kif ukoll lill- DCapitals Big Band li tawna spettaklu mill-aqwa. 🎤🎸🥁
Grazzi lil Keane Cutajar li ppreżenta l-attività b’mod professjonali u lil Ivan Pierre għall-fotografija eċċezzjonali.
Ma nistgħux ma ngħidux grazzi kbira lill-voluntiera dedikati tal-Għaqda Nar Kerċem, li ħadmu bla waqfien biex dan l-avveniment ikun possibbli sena wara sena, kif ukoll lill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem għall-appoġġ kontinwu tiegħu.
Fl-aħħar, iżda żgur mhux l-inqas, grazzi kbira lid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, l-isponsor ewlieni ta’ din l-attività.
GRAZZI LILKOM IL-KOLLHA! NARAWKOM IS-SENA D-DIEĦLA! CHEERS! 🍻