21/05/2026
Bi pjaċir inħabbru li minn Settembru li ġej, RCK Entertainment se niftħu uffiċjalment il-klassijiet tagħna ❤️
Se nidħlu fid-dettall ta’ ħafna affarijiet: se naraw kif taħdem produzzjoni mill-bidu sal-aħħar, iżda fuq kollox se niffukaw fuq is-serjetà u d-dixxiplina li wieħed għandu bżonn ikollu f’kull produzzjoni.
Età? Minn 6 snin ’il fuq.
Meta?
Nhar ta’ Sibt: età bejn 6 snin u 15-il sena
Nhar ta’ Erbgħa: minn 15-il sena ’l fuq
Fejn: Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, Fgura
Postijiet limitati!
Taħt id-direzzjoni tal-moħħ wara RCK Entertainment, Redeemer Galea, b’9 snin esperjenza f’dan il-qasam mat-tfal, teens u adulti.
Kif ukoll, Marilyn Galea Falzon se tieħu ħsieb is-sensory u calming sessions.
Garanzija ta’ opportunitajiet f’ħafna mill-proġetti li hemm ippjanati magħna, kemm teatrali b’ħafna produzzjonijiet kbar ippjanati, kif ukoll televiżivi!
Irriserva postok issa, għax il-postijiet huma limitati!
Ibgħatilna messaġġ dirett fuq il-paġna tagħna jew fuq WhatsApp 99995229
Grazzi.