20/08/2026
Grazzi lit-tim ta’ Mgħaref tal-Fidda, programm fuq GO Tokis, li ġew iżuruna fid-Domus Pius IX, Bormla waqt sfida ta’ treasure hunt.
Matul l-isfida, żewġ parteċipanti ħolqu żewġ platti ta’ arti effimera bl-użu tal-melħ u r-ross ikkulurit.
Nirringrazzjaw lit-tim kollu, lil Daniel Chircop u lil Matthew Raggio għal din l-inizjattiva sabiħa.
Jekk tixtiequ taħdmu magħna fuq xi ħaġa simili, tistgħu tikkuntattjawna permezz tal-paġna tagħna fuq Facebook jew Instagram, jew bl-imejl fuq [email protected].