06/01/2026
U bħal ħolma għadda wkoll iż-żmien uffiċċjali tal-perjodu tal-wirja għal din is-sena, il-21 Wirja.
Bla dubju, edizzjoni oħra ta' suċċess u sodisfazzjon personali.
Grazzi kbira lilkom lkoll li għal sena oħra għoġobkom tagħżlu l-presepju tiegħi sabiex iżżuruħ. Il-preżenza tagħkom kienet apprezzata ferm, u l-kummenti tagħkom komplew jimlewni b'kuraġġ biex inkompli dan il-vjaġġ għal sena oħra, b'aktar presepji.
Ma jonqosx li grazzi kbira tmur ukoll għall-familja u l-ħbieb tiegħi, għas-sapport kontinwu, paċenzja u għajnuna għal dak li jkun hemm bżonn.
Kelma ta' proset ukoll għal sħabi presepisti, impenjati f'tant wirjiet, għax-xogħol sabiħ li kien hawn esebit din is-sena, il-livell tal-arti tal-presepju, dejjem tiela' 'l fuq. Inħoss li għandi ngħid grazzi ukoll lill-istess presepisti u lill-Għaqdiet presepistici għax-xogħol kontinwu tagħhom sabiex inwasslu l-presepju għal livelli aħjar sena wara l-oħra.
Proset u Grazzi lil kulhadd.
NOTA: Għal min jixtieq jiġi jżur il-presepju fil-ġranet li ġejjin, jista' jagħmel kuntatt miegħi b'messaġġ privat sabiex insibu ħin adattat.