Każin San Ġużepp u Banda De Rohan #Omm il-Baned Maltin

Każin San Ġużepp u Banda De Rohan  #Omm il-Baned Maltin Mill-1860, skola ta' arti u kultura fiċ-ċentru ta' Malta, f'Ħaż-Żebbuġ.

Dil-Paġna ser tkun qed taġġornakom fuq dak kollu li ser ikun qed iseħħ fis-soċjetà tagħna fosthom, attivitajiet tax-xahar, attivitajiet oħra, Servizzi tal-Banda De Rohan, il-Programm tal-festa fost oħrajn...

Nhar is-Sibt 15 ta' Awwissu, il-Banda De Rohan, Omm il-Baned Maltin, ser tkun qed tagħmel marċ brijuż fit-toroq tar-Raba...
08/08/2026

Nhar is-Sibt 15 ta' Awwissu, il-Banda De Rohan, Omm il-Baned Maltin, ser tkun qed tagħmel marċ brijuż fit-toroq tar-Rabat Għawdex għall-festa ta' Marija Assunta.

Filwaqt li nirringrazzjaw lir-Rabtin tal-istedina tagħhom minn qalbna nawguralhom il-Festa t-Tajba!

Il-famuża ‘Ikla l-Kbira’ ta’ wara l-festa. Grazzi lil dawk in-nies li ġew għal din l-ikla li issa saret okkażjoni li ħaf...
01/08/2026

Il-famuża ‘Ikla l-Kbira’ ta’ wara l-festa. Grazzi lil dawk in-nies li ġew għal din l-ikla li issa saret okkażjoni li ħafna jkunu qed jistennew.

Grazzi wkoll lil dawk il-voluntiera li ta’ kull sena ikunu hemm biex jagħtu daqqa t’id. 👏🏽

Għas-sena d-dieħla 💙💙

Memorji li jibqgħu magħna għal dejjem.
01/08/2026

Memorji li jibqgħu magħna għal dejjem.

Żewġ ritratti li ser nibqgħu ngħożżu din is-sena huma bla dubju tal-attur Jason Statham. Ġie jżurna ftit waqt il-festa t...
31/07/2026

Żewġ ritratti li ser nibqgħu ngħożżu din is-sena huma bla dubju tal-attur Jason Statham. Ġie jżurna ftit waqt il-festa ta’ din is-sena.

Awguri lid-dilettant tagħna!💙 Nawguraw kull suċċess lil Steve Cilia, li ser ikun qed jirrappreżenta lill-għaqda tagħna l...
31/07/2026

Awguri lid-dilettant tagħna!

💙 Nawguraw kull suċċess lil Steve Cilia, li ser ikun qed jirrappreżenta lill-għaqda tagħna llejla fil-kwiżż MA tagħmlu XEJN fuq TVM.

Segwu l-programm kull nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa fid-9:15pm u ejjew nagħtuh l-appoġġ kollu tagħna! 🎉🏆

Grazzi lil Arts Council Malta

29/07/2026

⏮️ Ħarsa lura lejn il-ħarqa GROUNDS ON FIRE nhar is-Sibt 25 ta’Lulju ⏮️

Il-Kumitat Eżekuttiv jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li setgħu jagħmlu possibbli li ntellgħu festa oħra sabiħa b'r...
29/07/2026

Il-Kumitat Eżekuttiv jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li setgħu jagħmlu possibbli li ntellgħu festa oħra sabiħa b'risq il-Patrijarka San Ġużepp. Fost l-oħrajn il-kumitat jirringrazzja lil:

- Il-Banda De Rohan, Kummissjoni Banda, Mużiċisti u Surmastrijiet
- PRO u l-Grupp Media Mil-Lenti Ġużeppina li jieħdu ħsieb il-media u l-meżżi soċjali
- Il-Kummissjoni Nar flimkien mal-Pirotekniċi tal-Kamra tan-Nar San Ġużepp
- Ħaddiema fin-Nar tal-Art Mekkanizzat
- Il-Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini Żebbuġin
- Il-Klabb Tfal Ġużeppini u l-Kummissjoni Attivitajiet
- Il-Kummissjoni Kultura
- Il-Voluntiera kollha
- Il-voluntiera fl-Armar tal-festi esterni
- Il-voluntiera fl-Armar tal-festi interni kif ukoll il-Fratellanza ta’ San Ġużepp, ir-rettur u l-fratelli tagħha flimkien mal-Maestro di Ca****la.
- Il-Bord Editorjali tal-ktieb tal-festa
- L-uffiċjali tal-ġbir
- Is-Sindku u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ
- L-Arċipriet u l-Kleru ta' Ħaż-Żebbuġ flimkien mal-fratellanzi kollha fi ħdan il-parroċċa tagħna kif ukoll is-sagristani li jieħdu ħsieb il-Knisja Arċipretali.
- L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda
- Il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili
- Il-benefatturi kollha (inkluż dawk li joffru id-donazzjonijiet, sponsors, servizzi, inġenji b’xejn kif ukoll dawk li joffru l-ikel u x-xorb lill-bandisti tagħna u lill-baned mistiedna)
- Lill-awtoritajiet tal-għajnuna sabiex isir kollox kif mitlub mil-liġi
- Lill-mistiedna distinti li jattendu l-attivitajiet tal-festa
- Lill-membri u l-ħbieb kollha li jattendu bi ħġarhom għall-festa tagħna
- Fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-familjari tal-voluntiera kollha tal-paċenzja u l-appoġġ li jsibu minn għandom is-sena kollha

𝐆𝐑𝐀𝐙𝐙𝐈!

Parti minn sett pavaljuni ġodda li ġew imżanżna din is-sena għall-Main Street. Inkomplu nsebbħu raħalna fix-xahar ta’ Lu...
28/07/2026

Parti minn sett pavaljuni ġodda li ġew imżanżna din is-sena għall-Main Street. Inkomplu nsebbħu raħalna fix-xahar ta’ Lulju.

Disinn - Silvio Pace
Ħjata u sfumar - Redrian Micallef
Pittura - Kurt Friggieri

𝗫𝗶 𝗷𝗺𝗶𝘀𝘀! 🕗08.30pm - Ikla kbira ta’ wara l-festa f’Misraħ San Filippu quddiem il-Każin San Ġużepp.
28/07/2026

𝗫𝗶 𝗷𝗺𝗶𝘀𝘀! 🕗

08.30pm - Ikla kbira ta’ wara l-festa f’Misraħ San Filippu quddiem il-Każin San Ġużepp.

Address

19, Misraħ San Filippu
Ħaz-Zebbug
ŻBĠ1010

Opening Hours

Monday 19:00 - 22:00
Tuesday 07:00 - 22:00
Wednesday 07:00 - 22:00
Thursday 07:00 - 22:00
Friday 07:00 - 22:00
Saturday 07:00 - 22:00
Sunday 07:00 - 22:00

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Każin San Ġużepp u Banda De Rohan #Omm il-Baned Maltin posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Establishment

Send a message to Każin San Ġużepp u Banda De Rohan #Omm il-Baned Maltin:

Shortcuts

Share