Arti Magri

Arti Magri Interpreting sacred heritage through sculpture.

It-Trasfigurazzjoni ta' Sidna Ġesù Kristu – Ħal LijaVerżjoni TitulariDin l-istatwa hija replika fidila tal-istatwa titul...
03/08/2026

It-Trasfigurazzjoni ta' Sidna Ġesù Kristu – Ħal Lija
Verżjoni Titulari

Din l-istatwa hija replika fidila tal-istatwa titulari meqjuma fil-Parroċċa ta’ Ħal Lija.
L-għan tagħna bħala Arti Magri huwa li noħolqu repliki li jersqu kemm jista' jkun lejn l-opra oriġinali. Dan jintlaħaq permezz ta' studju bir-reqqa tal-istatwa titulari, fejn jiġu osservati l-proporzjonijiet, il-kompożizzjoni, il-moviment u anke l-iċken dettal, sabiex kull replika żżomm il-karattru u l-identità tal-opra oriġinali.

L-istatwa proċessjonali oriġinali, maħduma mill-iskultur Malti Carlo Darmanin u kkummissjonata fl-1864, hija waħda mit-teżori artistiċi ta' Ħal Lija u ilha takkumpanja lill-komunità u lid-devoti tagħha matul il-festa tat-Trasfigurazzjoni għal b***a ġenerazzjonijiet.
Kull element ta' din ir-replika ġie maħdum u miżbugħ bl-idejn b'rispett lejn il-wirt artistiku u reliġjuż Malti, sabiex din l-opra tkompli t-tradizzjoni tal-iskultura devozzjonali f'Malta.

Nirringrazzjaw lis-segwaċi kollha ta' din il-paġna tal-appoġġ kontinwu tagħhom u nwasslu l-awgurji tagħna lill-komunità ta' Ħal Lija u lid-devoti kollha li qed jiċċelebraw il-festa tat-Trasfigurazzjoni.

Imwaqqfa fl-1985 • Magħmula bl-idejn f'Malta

The Transfiguration of Our Lord – Lija
Titular Version

This sculpture is a faithful replica of the titular statue venerated in the Parish Church of Lija.
Our aim at Arti Magri is to create replicas that remain as faithful as possible to the original work. This is achieved through careful study of the titular statue, examining its proportions, composition, movement and even the smallest details, ensuring that every replica preserves the character and identity of the original sculpture.

The original processional statue, sculpted by the Maltese sculptor Carlo Darmanin and commissioned in 1864, is one of Lija's artistic treasures and has accompanied the community and its devotees throughout the annual Feast of the Transfiguration for generations.
Every element of this replica has been handcrafted and hand-painted with respect for Malta's artistic and religious heritage, allowing this work to continue the tradition of devotional sculpture in Malta.

We thank everyone who continues to support our page and extend our best wishes to the community of Lija and to all devotees celebrating the Feast of the Transfiguration.

Established in 1985 • Handmade in Malta

L-Annunzjata – Ħal BalzanVerżjoni TitulariDin l-istatwa hija replika tal-istatwa titulari meqjuma fil-Parroċċa ta' Ħal B...
08/07/2026

L-Annunzjata – Ħal Balzan
Verżjoni Titulari

Din l-istatwa hija replika tal-istatwa titulari meqjuma fil-Parroċċa ta' Ħal Balzan.

L-għan tagħna f'Arti Magri huwa li noħolqu repliki li jersqu kemm jista' jkun lejn l-opra oriġinali. Dan jista' jintlaħaq biss permezz ta' studju bir-reqqa tal-istatwa titulari, fejn jiġu osservati u analizzati anke l-iżgħar dettalji sabiex ir-replika tkun kemm jista' jkun fidila lejn l-oriġinal.

Kull parti ġiet maħduma u mżejna bl-idejn b'rispett lejn il-wirt artistiku u reliġjuż Malti, sabiex din l-opra tkompli t-tradizzjoni tal-iskultura devozzjonali f'Malta.

Nirringrazzjaw lis-segwaċi kollha ta' din il-paġna tal-appoġġ kontinwu tagħhom u nwasslu l-awgurji tagħna lill-komunità ta' Ħal Balzan u lid-devoti kollha tal-Annunzjata.

Imwaqqfa fl-1985 • Malta

The Annunciation – Ħal Balzan
Titular Version

This statue is a faithful replica of the revered titular statue venerated in the Parish Church of Ħal Balzan.

At Arti Magri, our aim is to create replicas that remain as faithful as possible to the original work. This can only be achieved through careful study of the original statue, where even the smallest details are closely observed and analysed to ensure the highest possible level of accuracy.

Every element has been handcrafted and finished with great care and respect for Malta's artistic and religious heritage, continuing the long tradition of Maltese devotional sculpture.

We would like to thank everyone who continues to support our work, and we extend our best wishes to the community of Ħal Balzan and to all devotees celebrating the Feast of the Annunciation.

Established in 1985 • Malta

San Pawl – RabatVerżjoni TitulariDin l-istatwa ta San Pawl hija ispirata mill-istatwa titulari meqjuma tant ġewwa l-Koll...
04/07/2026

San Pawl – Rabat
Verżjoni Titulari

Din l-istatwa ta San Pawl hija ispirata mill-istatwa titulari meqjuma tant ġewwa l-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat. Din il-verżjoni hija maħduma bl-idejn b’attenzjoni lejn il-proporzjnojiet, il-karatteristiċi u d-dettalji li jagħmlu l-istatwa oriġinali tant għażiża għad-devoti tagħha.
Permezz ta' studju bir-reqqa u xogħol metikoluż fuq kull element, din l-opra tkompli t-tradizzjoni ta' skultura devozzjonali Maltija b'rispett lejn il-wirt artistiku u reliġjuż tagħna.

Nawguraw il-festa t-tajba lill-komunità tar-Rabat u lid-devoti kollha ta' San Pawl.

Imwaqqfa fl-1985 • Malta

Saint Paul – Rabat
Titular Version

This sculpture of Saint Paul is inspired by the revered titular statue venerated in the Collegiate Basilica and Proto-Parish of Saint Paul in Rabat. Handcrafted with careful attention to the proportions, distinctive character and intricate details of the original, this version faithfully reflects the devotional image that has been cherished by generations of devotees.
Through careful artistic research and meticulous craftsmanship, this work continues the Maltese tradition of devotional sculpture while honouring our rich artistic and religious heritage.

We extend our best wishes to the community of Rabat and to all devotees of Saint Paul on the occasion of the feast.

Established in 1985 • Malta

San Nikola ta' BariInterpretazzjoni ġdida ta' statwa ispirata minn kromolitografija devozzjonali tal-bidu tas-seklu għox...
26/06/2026

San Nikola ta' Bari

Interpretazzjoni ġdida ta' statwa ispirata minn kromolitografija devozzjonali tal-bidu tas-seklu għoxrin.

Maħduma bl-idejn b'attenzjoni kbira lejn l-opra oriġinali, din il-verżjoni żżomm il-karattru u l-ikonografija tradizzjonali ta' San Nikola filwaqt li tagħti ħajja ġdida lil immaġni devozzjonali storika.

Imwaqqfa fl-1985 • Maħduma bl-idejn f'Malta

Saint Nicholas of Bari

A new sculptural interpretation inspired by an early twentieth century devotional chromolithograph.

Carefully sculpted by hand with close attention to the original artwork, this version faithfully captures the character and traditional iconography of Saint Nicholas while bringing a historic devotional image to life in three dimensions.

Established in 1985 • Handmade in Malta

Santa Katarina ta’ Lixandra – ŻejtunVerżjoni TitulariIspirata mill-istatwa titulari meqjuma ġewwa ż-Żejtun, din il-verżj...
18/06/2026

Santa Katarina ta’ Lixandra – Żejtun

Verżjoni Titulari

Ispirata mill-istatwa titulari meqjuma ġewwa ż-Żejtun, din il-verżjoni ġiet maħduma b’attenzjoni lejn il-proporzjonijiet, il-karatteristiċi u d-dettalji li jagħmlu l-oriġinal tant għażiż għall-komunità Żejtunija.

Permezz ta’ studju bir-reqqa u xogħol metikoluż fuq kull element, din l-opra tkompli t-tradizzjoni ta’ arti devozzjonali Maltija mibnija fuq sengħa, rispett u fedeltà lejn il-mudelli oriġinali.

Nawguraw il-festa t-tajba lill-komunità kollha taż-Żejtun u lid-devoti ta’ Santa Katarina ta’ Lixandra.

Imwaqqfa fl-1985 · Malta

Saint Catherine of Alexandria – Żejtun
Titular Version

Inspired by the titular statue venerated in Żejtun, this version has been crafted with careful attention to the proportions, characteristics and details that make the original so cherished by the Żejtun community.

Through meticulous study and dedicated craftsmanship, this work continues the tradition of Maltese devotional art, founded on skill, respect and fidelity to the original models.

We extend our best wishes to the people of Żejtun and to all devotees of Saint Catherine of Alexandria on the occasion of her feast.

Established in 1985 · Malta

F’jum il-festa ta' San Filep t'Aġġira, qedgħin nippreżentaw din il-verżjoni ispirata direttament mill-istatwa titulari m...
14/06/2026

F’jum il-festa ta' San Filep t'Aġġira, qedgħin nippreżentaw din il-verżjoni ispirata direttament mill-istatwa titulari meqjuma fil-Parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ, xogħol il-magħruf skultur Taljan Luigi Fontana.
Maħduma b'attenzjoni lejn il-proporzjonijiet, il-karatteristiċi u d-dettalji tal-oriġinal, din il-verżjoni tfakkar waħda mill-aktar opri devozzjonali għeżież għall-poplu Żebbuġi.
Nawguraw il-festa t-tajba lill-komunità kollha ta' Ħaż-Żebbuġ u lid-devoti ta' San Filep t'Aġġira.

Imwaqqfa fl- 1985 · ARTI MAGRI

On the Feast Day of Saint Philip of Agira, we are pleased to present this version inspired directly by the titular statue venerated in the Parish Church of Ħaż-Żebbuġ, the work of the renowned Italian sculptor Luigi Fontana.
Crafted with careful attention to the proportions, features and details of the original, this version pays tribute to one of the most cherished devotional works of art for the people of Żebbuġ.
We extend our best wishes to the entire community of Ħaż-Żebbuġ and to all devotees of Saint Philip of Agira on this special feast day.

Established in 1985 · ARTI MAGRI

Ispirata mill-pittura "San Filep Jiskonġra" tal-artist Żebbuġi Lazzaro Pisani (1854–1932), din l-interpretazzjoni tiffor...
12/06/2026

Ispirata mill-pittura "San Filep Jiskonġra" tal-artist Żebbuġi Lazzaro Pisani (1854–1932), din l-interpretazzjoni tifforma parti mill-Kollezzjoni Fina ta' Arti Magri.

Il-pittura, illum fil-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara, ġiet ikkummissjonata fl-1896 minn Mastru Ċilia ta' Ħaż-Żebbuġ għall-artal ta' San Filep t'Aġġira. Fl-istess sena ġiet esebita fil-Librerija Pubblika, fejn kisbet tifħir mill-kritiċi tal-arti ta' żmienha. Għalkemm kienet maħsuba biex issir il-kwadru titulari ta' Ħaż-Żebbuġ, din il-ħolma qatt ma seħħet.

Din il-verżjoni tagħti ġieħ lil kapitlu distint tal-wirt artistiku u devozzjonali marbut mal-kult ta' San Filep.

Imwaqqfa fl-1985 · Malta

Inspired by the painting Saint Philip Exorcising by the Żebbuġ-born artist Lazzaro Pisani (1854–1932), this interpretation forms part of the Arti Magri Fine Collection.

The painting, now housed in the Parish Church of Kalkara, was commissioned in 1896 by Master Mason Cilia of Żebbuġ for the altar dedicated to Saint Philip of Aggira. That same year, it was exhibited at the Public Library, where it received praise from contemporary art critics. Although it was once proposed as the titular painting of the Archpriestal Church of Saint Philip in Żebbuġ, this vision never came to fruition.

This interpretation pays tribute to a distinctive chapter in the artistic and devotional heritage associated with the cult of Saint Philip.

Established in 1985 · Malta

Ispirata mil-litografija storika tal-istatwa titulari ta San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ, din il-verżjoni tifforma parti mill-K...
10/06/2026

Ispirata mil-litografija storika tal-istatwa titulari ta San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ, din il-verżjoni tifforma parti mill-Kollezzjoni Fina ta' Arti Magri.

Ġieħ lill-wirt devozzjonali Malti permezz tas-sengħa, id-dettall u t-tradizzjoni.

Imwaqqfa fl-1985 · Malta

Inspired by the historic lithographic representation of the titular statue of Saint Philip of Ħaż-Żebbuġ, this interpretation forms part of the Arti Magri Fine Collection.

A tribute to Maltese devotional heritage through craftsmanship, detail and tradition.

Established in 1985 · Malta

San Filep – Verżjoni Pietro NovelliKull interpretazzjoni li noħolqu bħala Arti Magri tkun imsejsa fuq riċerka storika u ...
05/06/2026

San Filep – Verżjoni Pietro Novelli

Kull interpretazzjoni li noħolqu bħala Arti Magri tkun imsejsa fuq riċerka storika u artistika. Din is-sena qed nippreżentaw verżjoni ispirata mil-pittura ta’ Pietro Novelli (1603 - 1647), artist Sqalli tas-seklu 17, li turi lil San Filep jiskonġra.

Din l-istatwa hija unika, maħluqa f’edizzjoni waħda biss għal din is-sena u bħalissa tinsab għal-wiri ġewwa l-ħanut tagħna f'Ħaż-Żebbuġ u hija disponibbli fuq bażi ta’ first come, first served.

Kull kreazzjoni ssib it-tifsira tagħha permezz tal-apprezzament tagħkom u għaldaqstant nirringrazzjawkom.

Saint Philip – Pietro Novelli Version

Every interpretation that we create at Arti Magri is rooted in historical and artistic research. This year, we are presenting a version inspired by the painting of Pietro Novelli (1603–1647), the renowned 17th-century Sicilian artist, depicting Saint Philip performing an exorcism.

This statue is unique, with only one piece created for this year and is currently on display at our shop in Ħaż-Żebbuġ and is available on a first come, first served basis.

Every creation finds its true meaning through the appreciation it receives, and for this we sincerely thank you.

Sabiex nfakkru il-195 anniversarju mill-mewt tal-artist Vincenzo Dimech (1768–1831), qedgħin nippreżentaw l-istatwa ta’ ...
19/04/2026

Sabiex nfakkru il-195 anniversarju mill-mewt tal-artist Vincenzo Dimech (1768–1831), qedgħin nippreżentaw l-istatwa ta’ San Publiju, b’dehra kemmxejn differenti.
Din l-istatwa bħax-xogħol kollu tagħna hija magħmula u miżbugħa bl-idejn u dan jirrifletti d-devozzjoni lejn s-sengħa awtentika u t-tradizzjoni sagra, filwaqt li nagħtu ġieħ kemm lis-sinifikat spiritwali tal-istatwa ta San Publiju kif ukoll lill-wirt artistiku ta’ Vincenzo Dimech.
Kull dettall inħoloq b’attenzjoni u b’rispett mil-panniġġi fid-drapp, l-espressjoni tal-wiċċ ta San Publiju, il-bizilla u d-disinn elaborat li jinsab fuq il-mitra. Kollox jifforma unità sħiħa fejn l-arti u d-devozzjoni jiltaqgħu f’armonija profonda.
Din l-istatwa mhijiex biss xogħol artistiku, iżda att ta’ rispett, li jagħti ġieħ lil San Publiju, lit-tradizzjoni tal-arti sagra, u lis-sengħa u l-kapaċita tal-iskultur.

To commemorate the 195th anniversary of the death of the artist Vincenzo Dimech (1768–1831), we are presenting the statue of Saint Publius, with a slightly different appearance.

This statue, like all our work, is handmade and hand-painted, reflecting devotion to authentic craftsmanship and sacred tradition, while paying tribute both to the spiritual significance of the statue of Saint Publius and to the artistic legacy of Vincenzo Dimech.

Every detail has been created with care and respect; from the drapery folds in the fabric, to the facial expression of Saint Publius, the lacework, and the elaborate design found on the mitre. Everything forms a complete unity where art and devotion meet in profound harmony.

This statue is not merely an artistic work, but an act of respect that honors Saint Publius, the tradition of sacred art, and the skill and ability of the sculptor.

Address

36, 'Vassalli', Triq Sciortino
Ħaz-Zebbug
ZBG1963

Opening Hours

Monday 07:30 - 11:45
14:45 - 18:45
Tuesday 07:30 - 11:45
14:45 - 18:45
Wednesday 07:30 - 11:45
14:45 - 18:45
Thursday 07:30 - 11:45
14:45 - 18:45
Friday 07:30 - 11:45
14:45 - 18:45
Saturday 07:30 - 11:45

Telephone

+35621466982

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Arti Magri posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share