Kor Notre Dame Zabbar

Call Contact the establishment

Kor Notre Dame Zabbar The Choir was originally established in 1959 and re-established again in 1982.

It is the main Choir of the Sanctuary of Our Lady of Grace in Żabbar and participates in all the celebrations held in the Parish.

26/08/2026

𝐊𝐨𝐫 𝐭𝐚𝐭-𝐭𝐟𝐚𝐥
Bi preparazzjoni għall-Festa Tfal, qed inħeġġu lit-tfal biex ikantaw fil-quddiesa ta’ nhar il-Ħamis 10 ta’ Settembru fit-8.30am. Dawk it-tfal interessati jistgħu japplikaw fuq din il-link hawn taħt 👇
https://forms.gle/1Bn2ctFaZ4e24E7w9

Id-dati tal-provi huma s-Sibt 29 ta’ Awwissu u s-Sibt 5 ta’ Settembru bejn il-11.30am u n-12.30pm ġewwa Ċentru Santa Bernardetta.

15/08/2026
Illum kellna l-pjaċir u l-unur li nkunu mistiedna sabiex janima l-Quddiesa ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt V...
15/08/2026

Illum kellna l-pjaċir u l-unur li nkunu mistiedna sabiex janima l-Quddiesa ġewwa l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Din kienet opportunità sabiħa u esperjenza li se nibqgħu ngħożżu, hekk kif permezz tal-mużika u l-kant stajna nkomplu naqdu lill-Knisja u noffru t-talent tagħna fil-liturġija.

Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lil Mro Christopher Muscat u lill-Academy of Sacred Music Francesco Azopardi tal-fiduċja u ta’ din l-opportunità sabiħa li tajtuna. Kif ukoll lil, Dr Romina Morrow li akkumpanjatna fuq l-orgni.

Għall-membri kollha tal-Kor Parrokkjali Notre Dame, kienet esperjenza ta’ ferħ, unur u sodisfazzjon li nittamaw li nerġgħu ngħixu fil-futur.

Grazzi

👑 75 SENA MILL-INKURUNAZZJONI TAL-MADONNA TAL-GRAZZJA 👑“Ecce Mater Tua – Hawn Hi Ommok”Il-Parroċċa flimkien mal-Kor Parr...
08/08/2026

👑 75 SENA MILL-INKURUNAZZJONI TAL-MADONNA TAL-GRAZZJA 👑

“Ecce Mater Tua – Hawn Hi Ommok”

Il-Parroċċa flimkien mal-Kor Parrokkjali Notre Dame tistieden lill-pubbliku għal Akkademja Mużikali speċjali fl-okkażjoni tal-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja.

🎶 Bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra Notre Dame
⛪ Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
📅 Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2026
🕗 Fit-8:00pm

Lejla mużikali ta’ ċelebrazzjoni, devozzjoni u ġieħ lil Marija, Ommna, f’din is-sena tant sinifikanti għall-komunità Żabbarija.

“Hawn hi Ommok.” ❤️

✨ Kulħadd huwa mistieden.

🎶 75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju bħal qatt qabel 🎶Fuq stedina tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, il-Kor...
07/08/2026

🎶 75 Sena Inkurunata –
Is-Santwarju bħal qatt qabel 🎶

Fuq stedina tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, il-Kor Notre Dame ser ikun qed jingħaqad mal-Banda San Mikiel, waqt is-serata “75 Sena Inkurunata – Is-Santwarju bħal qatt qabel”.

Ser tindaqq kantata ġdida, b’mużika ta’ Mro Matthew Grech, kitba ta’ Patri Martin Mamo OFMCap u addattata f’forma ta’ poeżija minn Patri Wistin Attard, kif ukoll l-Innu Uffiċjali tal-Inkurunazzjoni, bi kliem tal-Kav. Karmenu Ellul Galea u mużika ta’ Mro Joseph Casapinta.

Titlifx din il-lejla ta’ mużika u kultura, li permezz tagħha nkomplu niċċelebraw il-75 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Grazzja.

📍 Knisja Arċipretali u Santwarju Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar
🕗 Illum, il-Ġimgħa 7 t’Awwissu, fit-8:00pm

Awguri mill-qalb lill-Viċi Arċipriet Fr Gylan Camilleri  fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu. Jalla Alla jberku b’saħħa, paċi ...
10/05/2026

Awguri mill-qalb lill-Viċi Arċipriet Fr Gylan Camilleri fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.
Jalla Alla jberku b’saħħa, paċi u ħafna grazzji fil-ħidma tiegħu.

14/03/2026
07/03/2026

B’qalb verament mimlija gratitudni u emozzjoni nixtieq ngħid grazzi lil kull min b’xi mod jew ieħor ta sehmu biex il-Festival tal-Korijiet “Magnificat” sar realtà u jibqa’ mument li żgur se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tal-komunità tagħna.

Matul dawn iż-żewġ serati għexna esperjenza li diffiċli tiddeskriviha bil-kliem. Il-mużika sagra, il-fidi u l-komunità ngħaqdu flimkien f’armonija sabiħa biex niċċelebraw b’dinjità u devozzjoni il-75 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja.

Ringrazzjament profond imur Lill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Joe Alessandro OFM Cap, Isqof Emeritu ta’ Garissa, il-Kenja, li għoġbu jonorana bil-preżenza tiegħu fostna matul iż-żewġ serati u jaqsam magħna dan il-mument sabiħ ta’ fidi.

Grazzi sinċier ukoll lill-Arċipriet Fr.Roderick Camilleri, lil Vici Fr. Gylan Camilleri u lill-Kleru tal-Parroċċa, għall-appoġġ tagħhom u għall-fiduċja li wrew fija biex dan il-proġett seta’ jsir realtà.

Mill-qalb nirringrazzja lill-korijiet kollha, lid-diretturi, lill-mużiċisti u lis-solisti li ġew minn parroċċi differenti madwar Malta. Bit-talent, id-dedikazzjoni u l-imħabba tagħhom lejn il-mużika sagra għamlu dawn iż-żewġ serati esperjenza artistika u spiritwali tassew straordinarja.
• Kor Parrokkjali Regina Coeli Ħad-Dingli – taħt it-tmexxija ta' Mro. Chev. James Chappell
• Kor Maria Assumpta Mosta – taħt it-tmexxija ta’ Dr. Bernard Bezzina
• St. Julian’s Choral Group San Ġiljan – taħt it-tmexxija tas-Sur Brandon Attard
• Kor Santa Cecilja Mosta – taħt it-tmexxija ta’ Mro. Simone Attard
• Kor Tota Pulchra Bormla – taħt it-tmexxija tas- Sur Walter Tonna
• Kor Parroċċa Sant’ Anna Marsaskala – taħt it-tmexxija tas-Sinjura Patricia Debono
• Kor Sine Macula Ħal Safi – taħt it-tmexxija ta’ Mro Alexandra Borg
• Kor tat-Tfal Notre Dame
• Kor Parrokkjali Notre Dame – taħt it-tmexxija tas- Sinjura Tracy Galea Tabone

Ringrazzjamenti speċjali wkoll lil:

• Is-Sur Gordon Caruana — għall-preżentazzjoni tas-serata tas-Sibt
• Is-Sur Gordon Pace — għall-preżentazzjoni tas-serata tal-Ħadd
• Is-Sur Javan Grech — għad-disinn tal-qoxra, il-poster u l-arranġament tal-ktejjeb
• Is-Sa Kimberly Cutajar — għall-qari tal-provi u l-arranġament tal-ktejjeb
• Is-Sur Mark Anthony Magro — għall-għajnuna teknika
• Is-Sagristan Franco Caruana u l-voluntiera kollha — għat-tiżjin, l-armar u ż-żamma tal-knisja.

Nirringrazzjaw ukoll lil dawk kollha li għamlu promozzjoni fuq il-mezzi soċjali, biex dan il-festival seta’ jilħaq u jmiss qalb ħafna aktar nies.

U fl-aħħar nett… grazzi lilkom li attendejtu. Il-preżenza tagħkom tat ruħ lil dawn is-serati u wriet kemm il-mużika sagra għadha kapaċi tgħaqqad komunità sħiħa.

Nittama li dawn il-mumenti jibqgħu tifkira sabiħa fil-qalb ta’ ħafna.

Grazzi
Tracy Galea Tabone
Direttrici Kor Parrokkjali Notre Dame

Niltaqaw illejla għat-Tieni Serata.
01/03/2026

Niltaqaw illejla għat-Tieni Serata.

Magnificat - Festival tal-Korijiet fl-okkażjoni tal-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal- Madonna tal-Grazzja.

28/02/2026

Choirs from across Malta will gather at the Sanctuary of Our Lady of Grace in Żabbar for a special two-day choral festival titled Magnificat. The event is being organised to commemorate the 75th anniversary of the Coronation of the Miraculous Titular Painting of Our Lady of Grace, marking an import...

Address

Zabbar

Telephone

+35679692256

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kor Notre Dame Zabbar posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Establishment

Send a message to Kor Notre Dame Zabbar:

Share

Category