11/12/2025
Jiddu l-Kwiekeb – Lejla ta' spettaklu u armonija mill-Kumpanija Teatru Rjal *Il-Kumpanija Teatru Rjal ser tippreżenta lejla ta' spettaklu u armonija bl-isem Jiddu l-Kwiekeb, f' Dar il-Mediterran, il-Belt nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru 2025 fis-6.30pm. Parti mid-dħul imur b’risq il-Malta Community Chest Fund.
*Din is-serata unika hija dedikata lil dawk li jaħdmu bla waqfien biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.
*F’atmosfera ta’ festi, l-udjenza se tgawdi minn siltiet immortali bħal Oh Holy Night u When a Child is Born, kif ukoll siltiet Maltin u internazzjonali li jqanqlu l-ferħ, divertiment u Spettaklu. Fuq il-palk ser ikunu preżenti Neville Refalo, Pamela, Petra, Ludwig Galea, Glen Vella, Ozzy Lino, J Anvil, Mark Tonna, Amber, Mariah, Sarah Micallef Muscat u l-kor VOCA, flimkien ma’ Future Voices immexxi minn Maria Bellia u Iona Dalli. Orkestra ta’ għaxar elementi se tkun immexxija minn Conrad Briffa.
*Ma tonqosx ukoll il-preżenza ta Rodney Gauci fi produzzjoni mimlija dawl, mużika u emozzjonijiet – serata li ma tistax tintilef!
*Ejjew niċċelebraw flimkien u fl-istess ħin ngħinu lill-Malta Community Chest Fund.
*Din is-serata ser issir taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono
Booking minn:
ktrmalta.com
https://www.ktrmalta.com/jiddulkwiekebktr
Mobile: 9947 6468